Ir-rapporti minn Kiev qalu li t-truppi Russi issa ħatfu sptar għall-kura psikjatrika ftit ‘il hinn mill-kapitali Ukrena u fejn hemm miżmuma xi 670 pazjent.
L-awtoritajiet fi Kiev — fosthom il-Gvernatur reġjonali — qalu li l-isptar ta’ Borodyanka kien f’idejn il-qawwiet ta’ Moska iżda huma ma kenux jafu jekk ir-Russi għamlux xi domandi partikulari.
Ħadd ma jaf kif il-pazjenti fl-isptar jistgħu jkunu evakwati jew salvati meta l-awtoritajiet Ukreni qalu li qed jispiċċaw l-ilma u l-mediċina f’dan l-isptar. Intant ħareġ appell umanitarju għall-pazjenti li għandhom il-bżonnijiet speċjali u li jeħtieġu l-kura partikulari peress li ħafna minnhom ilhom snin ma joħorġu mis-sodda.
Dan meta mhux eskluż li l-qawwiet Russi setgħu poġġew l-isplussivi fil-kumpless tal-isptar minbarra li żergħu il-mines fil-madwar.
//= $special ?>