Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, ikkundanna lill-mexxejja tal-Alleanza tan-NATO talli qed jirrifjutaw biex iwaqqfu no-fly zone fuq l-Ukrajna.
Zelensky qed jinsisti bl-importanza tan-no-fly zone li għandu jgħin biex ir-Russi ma jeskalawx il-gwerra mill-ajru fuq l-ibliet Ukreni. Iżda l-kelliema tan-NATO – fosthom is-Segretarju-Ġenerali tal-Alleanza Jens Stoltenberg – għamluha ċara li ma jridux esklazzjoni tal-gwerra.
Huma spjegaw li f’sitwazzjoni fejn huma jniżżlu ajruplan tal-gwerra tar-Russja li jidħol ‘fin-no-fly zone’, l-Alleanza tkun qed tissogra gwerra miftuħa fuq il-fronti kollha mal-qawwiet ta’ Puti.
Dan ukoll meta, f’xenarju bħal dan, hemm kull probabbiltà li d-dittatur f’Moska mhux se jżomm lura milli juża l-armi nukleari fuq l-Ukrajna u anki l-pajjiżi tal-Punent.
//= $special ?>