Ewropa Internazzjonali

Ir-Russja tiddikjara waqfien mill-ġlied temporanju f’żewġt ibliet Ukrajni biex jitilqu ċ-ċivili

Ir-RUSSJA ddikjarat waqfien mill-ġlied temporanju biex iċ-ċivili jitilqu minn żewġ bliet assedjati, dan skont il-midja statali ta’ Vladimir Putin. Il-forzi ta’ Vladimir Putin qalu li se jwaqqfu l-bumbardamenti tagħhom fil-port strateġiku ta’ Mariupol fix-Xlokk u l-villaġġ fi-Lvant ta’ Volnovakha.

L-Ukrajna għadha ma kkonfermatx il-waqfien mill-ġlied u mhux ċar kemm se jdumu miftuħa dawn il-kurituri ta’ evakwazzjoni. Dan kollu se jseħħ wara ġimgħa ta’ tixrid ta’ demm li rat eluf ta’ nies ċivili maqtula f’idejn il-forzi ta’ Putin. Il-waqfien mill-ġlied jibda fis-8am ħin ta’ Malta – u joffri tama żgħira ta’ serħan għall-poplu assedjat tal-Ukrajna.

“Illum, 5 ta’ Marzu, mill-10 am ħin ta’ Moska, in-naħa Russa qed tiddikjara waqfien mill-ġlied, dik ta’ silenzju u tiftaħ kurituri umanitarji għall-ħruġ taċ-ċivili minn Mariupol u Volnovakha,” qal il-Ministeru ta’ Putin. Id-dittatur Putin kien ċaħad li bbumbardja ċivili Ukraini minkejja evidenza kbira li turi l-kruhat tal-invażjoni tiegħu fejn inqatlu għexieren ta’ persuni fosthom tfal.

F”telefonata mal-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz, it-tirann Russu insista li l-informazzjoni dwar il-bumbardament kienet falza. Il-Kremlin aktar tard ħareġ stqarrija li tgħid li “l-attakki mill-ajru allegati li għaddejjin fuq Kyiv u bliet kbar oħra huma biss propaganda”.

Mariupol kienet waħda mill-ibliet tal-gwerra l-aktar brutalizzati hekk kif ir-Russi ħatfuha u qatgħu ;-provisti tal-ikel, l-ilma, apparat li jsaħħan id-djar, u t-trasport. Dan qed jitqabbel mal-imblokk Nazista f’Leningrad fit-Tieni Gwerra Dinjija. “Għalissa, qed infittxu soluzzjonijiet għal problemi umanitarji u l-modi kollha possibbli biex Mariupol joħroġ mill-imblokk,” qal is-Sindku Vadim Boychenko.

Qabel it-tħabbira Russa, is-Sindku sejjaħ għal waqfien mill-ġlied u kuritur umanitarju għall-ikel u l-mediċina. L-invażjoni ta’ Putin ġibdet kundanna u sanzjonijiet severi min-nazzjonijiet tal-Punent li jibbilanċjaw il-kastig tal-Kremlin mal-biża’ ta’ eskalazzjoni perikoluża.