MALTA…………..4
PORTUGALL….6
(1-2, 1-0,1-2,1-2)
Malta: S. Desjardins, K. Camilleri, K. Agius 2, K. Navarro 1, M. Perici Ferrante 1, L. Cachia, F. Paolella, S. Camilleri, D. Micallef, R. Caruana Dingli, Z. Bartolo, N. Azzopardi, A. Amato.
Portugall: M. Sampaio, M. Ferreira, C. Fernandes 4, C. Reis 1, I. Nunes 1 A. Jardim, J. Teixeira, M. Lousa, M. Machado, B. Pereira, V. Freire, A. Rodrigues, B. Cavaleiro.
Referees: U. Wengenroth, A. D’Hossche
It-tim Malti tan-nisa tal-waterpolo sofra telfa minima fit-tieni partita tal-Kampjonati Ewropej hekk kif kien megħlub 6-4 mill-Portugall. It-tim Malti kellu prestazzjoni mill-aqwa u dixxiplinata. It-tim Portugiż fetaħ vantaġġ ta’ żewġ gowls kmieni fl-ewwel sessjoni bil-Maltin jirkupraw u jġibu l-iskor indaqs b’gowls ta’ Kaia Agius u Martha Perici Ferrante.
Il-Portugall kellhom ċans imorru fil-vantaġġ iżda il-penalty ta’ Fernandes kien salvat minn Stephanie Desjardins. L-istess player iżda għamlithom 3-2 ftit minuti wara. Kaia Agius ġabet l-iskor indaqs fit-tielet sessjoni iżda għal darb’oħra Fernandes poġġiet lill-Portugall fil-vantaġġ. F’nofs l-aħħar sessjoni, Kendra Navarro għamlet l-iskor 4-4 iżda gowls lejn it-tmiem ta’ Catarina Reis u Ines Nunes għamlu l-iskor finali 6-4.
//= $special ?>