Lokali Lottu u Super 5

Jintrebaħ il-premju ta’ €1.34 miljun bil-lotterija SUPERSTAR

Persuna waħda qata’ n-numri tal-lotterija SUPERSTAR organiżżata mill-MALTCO. Għaldaqtant din il-persuna (li setgħet rebħat il-premju bi sħab ma’ persuna jew persuni oħra) rebħet l-ammont tas-SUPERSTAR Jackpot ta’ €1,340,000 fit-tlugħ ta’ nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Marzu, 2022.

In-numri rebbieħa kienu  21, 13, 19, 35, 1. bin-numru Superstar ikun dak ta’ (1). Il-kumpanija MALTCO ħabbret ukoll li persuna qata’ l-ħames numri mingħajr ma’ qata’ n-numru tas-Superstar biex l-ammont ta’ €18,644.45ċ.