Lokali

Jirkbu l-karru ta’ proġett imfassal mill-Partit Nazzjonalista

Sabiex jintgħoġob mal-kostitwenti tas- 6 distrett .. il-Ministru Silvio Schembri għażel li jirkeb il-karru tal-Kunsill, biex fil-jiem li ġejjin iħabbar proġett fil-lokalita tas-Siggiewi.

Uffiċjalment, il-proġett tal-Educational Family Park – Simulation Playing Field fis-Siġġiewi .. ġie propost u mħejji fl-2019 mill-kunsillieri lokali tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi. 

Dan il-Park se jkun l-ewwel proġett ta’ dan it-tip f’Malta, għaliex se joffri opportunita’ ta’ innovazzjoni permezz ta’ road simulation biex it-tfal ikunu jistghu jitħarġu b’mod prattiku fis-sinjali tat-toroq … u dawk pedonali.

Fl-istess waqt ikunu jistgħu igawdu spazju kreattiv permezz ta’ ambjent magħmmar min teknoloġija innovativa.

Iżda wara ħidma kontinwa u ma’ taqta xejn mill- Kunsillieri lokali tal-PN fis-Siġġiewi .. Il-Ministru Silvio Schembri se jaqta z-zigarella hu, biex jieħu l-mertu kollu.