F’dawn is-sigħat kienu għaddejn fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-Mass Rally li se jorganizza l-PN fin-Naxxar – attività mistennija ferm il-Ħadd waranofsinhar, biswit il-Higher Secondary.
Il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista ‘Miegħek. Għal Malta’ qed tkompli b’mod mill-aktar pożittiv, fejn għada qed jistieden lil min irid jisma’ aktar dwar dik li hija l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta u Għawdex biex ikun preżenti fin-Naxxar.
Hemmhekk, fost kelliema oħra, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jindrizza lil dawk preżenti.
L-attività li se ssir fi Triq Leli Falzon, qrib il-mitħna ta’ ħdejn il-Higher Secondary, se tibda fit-3.30pm b’warm up permezz ta’ DJ u kantanti li se jkunu qed iqajjmu l-entużjażmu u l-atmosfera qabel ir-rally.
Ritratt (fuq): Matthew Tabone
//= $special ?>