Kollox jinsab lest għar-Rally t’għada tal-PN fin-Naxxar.
Il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista ‘Miegħek. Għal Malta’ qed tkompli. Għada qed jistieden lil min irid jisma’ aktar dwar dik li hija l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal Malta u Għawdex biex ikun preżenti fin-Naxxar.
Hemmhekk, fost kelliema oħra, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jindrizza lil dawk preżenti.
L-attività li se ssir fi Triq Leli Falzon, qrib il-mitħna ta’ ħdejn il-Higher Secondary, se tibda fit-3.30pm b’warm up permezz ta’ DJ u kantanti li se jkunu qed iqajjmu l-entużjażmu u l-atmosfera qabel ir-rally.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll il-kandidati għaddejjin b’ħidma intensiva u dan ir-rally huwa parti minn kampanja li qegħda kull ma tmur tilħaq dejjem aktar nies. Għada waranofsinhar, il-kampanja ‘Miegħek. Għal Malta’ tkompli fost in-Naxxarin.
//= $special ?>