Lokali

“Li se noħorġu aħbar tajba…però li dħalna kienet żejda” – Franco Debono

“Meta l-Partit Nazzjionaista ddikjara li l-pajjiż jista’ joħroġ mill-greylist fi ftit ġimgħat kien hemm min irridikola l-proposta u għaddieha bħala xi fantażija li qatt ma tista ssir realta’”.

Hekk kiteb f’post fuq Facebook l-Avukat Franco Debono. Hu qal li hu dejjem emmen li din kienet xi ħaġa li setgħet issir u ma kenitx wegħda fiergħa iżda proposta realistika.

Debono qal li dak li ġie mħabbar ilbieraħ – jiġifieri li l-FATF ħabbret li ġejja Malta biex tivverifika l-progress li sar minn pajjiżna – huwa l-aqwa prova li tant dik tal-Partit Nazzjonalista kienet proposta realistika li fil-fatt jidher li hekk se jiġri – se noħorġu mil-greylist f’qasir zmien. U filwaqt li din aħbar pożittiva għal pajjiż u l-poplu kollu, temm jgħid Franco Deboni, wieħed jiftakar ukoll li messna qatt ma dħalna. Li se noħorġu aħbar tajba, pero’ li dħalna kienet żejda.