Elezzjoni 2022 Lokali

“Nemmen li għandi obbligu li nagħti lil dan il-pajjiż dak li verament jixraqlu” – Bernard Grech

“Nemmen li huwa obbligu tiegħi li nagħti lil dan il-pajjiż dak li verament jixraqlu. Jien għalhekk qiegħed fil-politika sabiex il-popli Malti u Għawdxi jgħix ħajja aħjar.”

Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li saritlu mill-Professur Andrew Azzopardi.

Mistoqsi dwar il-kriżi li bħalissa tinsab għaddejja fl-Ukrajna, huwa qal li Robert Abela baqa’ ma ddeċidiex u kellha tkun l-Ewropa li tiddeċiedi għalih. Dan għaliex Robert Abela baqa’ jkaxkar saqajh dwar il-bejgħ tal-passaporti liċ-ċittadini Russi. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalsita se jkompli jiġġieled għad-demokrazij anke ta’ dawn in-nies kif ukoll għad-drittijiet tagħhom. Dan b’differenza li għandna Prim Ministru li għażel il-flus fuq il-ħajja tan-nies.

Meta l-PN vara l-programm elettorali tiegħu qal li se jkompli jiddiskuti ma’ kulħadd sabiex ikompli jtejjeb fuq dak li qed jipproponi. Gvern ġdid Nazzjonalista għandu viżjoni ċara għal pajjiżna. Bernard Grech qal li lejliet l-elezzjoni għandna Prim Ministru li mar għal elezzjoni ta’ malajr u ma kienx preparat għax lanqas programm elettorali ma kellu f’idu u qed jaħrab lill-ġurnalisti.

Mistoqsi għala l-votant il-ġdid għandu jivvota lill-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li għandhom jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista sabiex Robert Abela ma jibqax ikisser lil pajjiżna, sabiex ma tibqax tittappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.  

Huwa rrefera għal-laqgħa li kellu mal-istudenti tal-Junior College fejn f’laqgħa mill-isbaħ tkellem magħhom dwar it-tħassib li jgħaddu minnhom ta’ kuljum, kif ukoll dwar il-viżjoni li għandu l-PN għal dawn iż-żgħażagħ.   

Bernard Grech fakkar kif Gvernijiet Nazzjonalista ġabu investimenti ġodda għal pajjiżna… min-naħa l-oħra Gvern Laburista kien se jieħu l-art taż-żonqor minn ħalq il-poplu.

Huwa qal li l-proposti ewlenija tal-Partit Nazzjonalista hija li jinħolqu 10 setturi ekonomiċi ġodda li se joħolqu ħafna impjiegi. PN fil-Gvern se jġib miljuni ta’ flus lejn Malta mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent. Saħaq li huwa importanti li jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja… viżoni li se toħloq ikta spazji ambjentali u tagħti inċentivi liż-żgħażagħ biex jixtru l-ewwel dar tagħhom.

Bernard Grech qal li kull objettiv li għandu l-PN huwa marbut mal-kunċett ta’ ESG. Rata ta’ taxxa li tinżel għal 15% jekk inti tinvesti fin-negozju tiegħek. Meta nsemmu l-kunċett ESG se jkunu premjati dawk is-sidien ta’ negozji li jimxu mal-ħaddiema tiegħu b’dan il-kunċett.

Huwa qal li PN fil-Gvern se jżid l-istipendji b’25% lil dawk kollha li fil-ħin liberu tagħhom jagħmlu wkoll xogħol ta’ volontarjat.

Gvern Nazzjonalista se jaħdem fuq mass transport system biex jonqsu l-karozzi mit-toroq u ma nibqgħux niddependu biss fuq it-trasport pubblilku. Huwa qal li t-trackless tram li qed qed jipproponi l-PN se taħdem fil-periferija tal-ibliet u rħula li tasal minn B’Bugia sal-Mellieha.

Dwar il-ftehim ma’ Stweard Healthcare, Bernard Grech qal li dan il-ftehim li ħaddieħor ma żammx u li huwa mimli frodi, dak il-ftehim għandna obbligu li jitwaqqaf.

Bernard Grech qal li l-PN jemmen u jgħożż il-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha. Dwar l-ewtanasja huwa qal li l-fatt li persuna tista’ tiddeċiedi biex ittemm il-ħajja ta’ ħaddieħor hija xi ħaġa li tħassbu.

Dwar Mario Galea, Bernard Grech qal li dejjem kellu relazzjoni tajba miegħu.. persuna li tat kontribut kbir lill-Partit Nazzjonalista. Saħaq li għalih is-saħħa mentali se tibqa’ prijorita fejn qed jipproponi li jinbena sptar ġdid għal din il-kura.

Huwa qal li l-għażla tal-elettorali fl-elezzjoni ġenerali se tkun għażla bejn li jinħoloq aktar ġid jew inkella Partit Laburista li fl-aħħar għaxar snin ma ħoloq ebda settur ekonomiku ġdid.