Matthias Mizzi
Mosta…….2
Valletta……2
Mosta: E. Akpan, W. Donkin (77’ S. Akinbule), E. Acheampong, B. Diarra, T. Farrugia, J. Vassallo, Y. Leon, L. Riascos, D. Antwi (77’ C. Ememe), Z. Brincat (77’ M. Mifsud), R. Ekani
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, R. Camilleri, T. Caruana, C. Gauci (80’ A. Zammit), E. Pena Beltre, I. Curjuric, E. Sala, C. Prado, M. Fontanella, K. Tulimieri (46’ L. Campos)
Imwissija: 31’ R. Camilleri, 38’ L.Riascos, 42’ B. Diarra, 47’ J. Vassallo, 52’ E. Acheampong, 62’ C. Gauci
Skorjaw: 58’ T. Farrugia, 59’ L. Riascos, 72’ M. Fontanella (PEN)
Referee: Matthew De Gabriele
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
BOV Plejer tal-Logħba: Tyrone Farrugia (MST)
F’partita missielta miż-żewġ timijiet, Mosta kisbu tliet punti kruċjali fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Valletta. Iż-żewġ timijiet ħallew kollox għat-tieni taqsima fejn f’temp ta’ żewġ minuti Mosta skurjaw darbtejn u Valletta ġabu d-dro fil-ħin miżjud.
Fl-ewwel taqsima l-ewwel li marru viċin kienu Valletta b’xutt ta’ Ivan Curjic fis-seba’ minuta li madankollu Etim Akpan salva mingħajr wisq diffikultà. Fis-27 minuta Mosta kienu ferm viċin meta minn free-kick ta’ Youri Loen, il-goalkeeper Taljan Alessandro Guarnone laqa’ parzjalment u mill-viċin Acheampong spara għoli. Ftit qabel il-mistrieħ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Tulimieri ġie salvat b’mod stupend għal darb’ oħra minn Akpan.
Fit-tieni taqsima, proprju mas-siegħa logħob, f’temp ta’ żewġ minuti Mosta skurjaw darbtejn. l-ewwel gowl wasal mill-plejer tal-logħba Tyrone Farrugia wara li antiċipa ballun minn corner, mattar saqajh u mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka. Il-Mostin ma kienux kuntenti biss b’gowl vantaġġ tant li minuta biss wara Luis Riascos rdoppja l-iskor wara li rċieva through-pass u b’eleganza għeleb lil Guarnone b’xutt fil-baxx. Fis-70 minuta Curjuric deher jitwaqqa’ fil-kaxxa bir-referee inkarigat Matthew De Gabriele saffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru Mario Fontanella ma żbaljax. Hekk kif kien jidher li Mosta kienu se joħorġu bit-tliet punti f’idejhom, is-sostitut Emmanuel Promise għamel l-iskor indaqs b’xutt mal-ewwel fil-kaxxa ż-żgħira.
//= $special ?>