Raġel ta’ 37 sena minn Santa Venera qiegħed isofri feriti gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Santa Venera.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-9.45am fi Triq il-Kanun.
Il-vettura tat-tip Citroen kienet misjuqa minn raġel ta’ 25 sena residenti l-Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
//= $special ?>