Roma kisbu tliet punti importanti f’konfront dirett kontra Atalanta. F’partita fejn Atalanta kellhom il-maġġoranza tal-pusses tal-ballun, Roma skorjaw il-gowl li ddeċieda l-partita fit-32 minuta permezz tal-attakkant Ingliż Tammy Abraham.
F’partita oħra, Udinese għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-1. Kien Gerard Deulofeu li fetaħ l-iskor wara biss tliet minuti. Iyenoma Destiny Udogie għamilhom 2-0 fit-tnax-il minuta. Sampdoria rrispondew mal-ewwel għal dan u kien Francesco Caputo li naqqas l-iskor iżda ma kienx biżejjed biex isalvaw il-partita.
Bit-tlettax ir-rebħa tal-istaġun, Lazio saħħew posthom fis-seba’ post fil-klassifika b’46 punt filwaqt li Cagliari baqgħu fin-naħa t’isfel fis-17 il-postr b’25 punt. Fid-19 il-minuta penalty mgħoti u skorjat minn CIRO IMMOBILE li għeleb lil Cragno, poġġa lil Lazio fil-vantaġġ. L-iskor sar 2 – 0 fit-42 minuta meta minn azzjoni ta’ Felipe Anderson kien LUIS ALBERTO li għeleb mill-ġdid lil Alessio Cragno. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess tant li fit-62 minuta minn pass ta’ Sergej Milinkovic Savic kien FELIPE ANDERSON li għamel l-iskor 3 – 0 . Fid-89 minuta tkeċċa Adam Marusic għal Lazio wara ammonizzjoni doppja.
SERIE A
Udinese v Sampodoria 2-1, Roma v Atalanta 1-0, Cagliari v Lazio 0-3
//= $special ?>