Wara 6 ijiem sħaħ jaħrab lill-ġurnalisti, illum Robert Abela tfaċċa f’Kastilja biex iħabbar li fil-jiem li ġejjin se tasal f’pajjiżna delegazzjoni mill-Financial Action Task Force (FATF).
Abela qal li hu kellu pjan dwar il-greylisting – iżda dan il-pjan għadu ħadd ma rah.
Għajnejn l-FATF ilu minn Ġunju li għadda fuq l-azzjonijiet tal-Gvern Malti. U sa issa, Abela għadu ma rnexxielux joħroġ lil pajjiżna mill-greylisting.
F’Kastilja, Abela tkellem dwar il-governanza tajba, iżda ma qalx x’jonqsu jagħmel biex Malta verament toħroġ mill-greylisting. Qal biss li se ssir “onsite visit” mill-FATF.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana stqarr illi “kien hemm min ried jagħmel issue minn dan l-affari”.
Stqarr ukoll li se jilqa’ f’Malta lid-delegazzjoni tal-FATF bl-aqwa mod possibbli.
