Mara ta’ 64 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Dan ġie mħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa s-Sibt waranofsinhar fuq post imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook. Dan itella’ l-ammont ta’ imwiet għal 608.
Sadanittant, ġie mħabbar ukoll li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, pajjiżna rreġistra 121 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 75 persuna.
B’hekk l-ammont ta’ każi attivi issa qed tela’ għal 845.
L-ammont ta’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei huwa dak ta’ 41, bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>