Elezzjoni 2022 Lokali

WARA LI ĦARAB LILL-ĠURNALISTI: Abela ma jweġibx għaliex qed jiskarta l-iskrutinju tal-media

Wara ġimgħa sħiħa jaħrab lill-media, Robert Abela dalgħodu baqa’ ma tax raġuni għaliex qed jaħrab id-domanda – u effettivament, ħarab anke din il-mistoqsija diretta.

Is-sitwazzjoni ta’ “Prim Ministru evażiv” dehret biċ-ċar meta kien hemm l-inawgurazzjoni ta’ hangar ġdid f’Ħal Farruġ, li huwa proġett marbut intrinsikament mal-industrija tal-avjazzjoni li welled Gvern Nazzjonalista.