Internazzjonali

Zelensky jwissi lin-NATO “dawk li qed imutu qed imutu minħabba fikom”

“Dawk li qed imutu, qed imutu minħabba fikom”.

Messaġġ qawwi mill-President Ukren Volodymr Zelenesky lin-Nato u lill-pajjiżi tal-Punent li qed jibqgħu jirriffjutaw li jimponu no-fly zone fuq fuq pajjiżu.

L-aggressjoni tat-truppi Russi fuq art Ukrena kompla għall-10 jum konsekuttiv, bil-militar tal-Kremlin ikomplu javvanzaw b’attakki vjolenti matul il-lejl fil-belt port ta’ Mariupol u l-belt ta’ Chernihiv.

Filfatt, anke l-evakwazzjoni taċ-ċivili minn Mariupol waqt perjodu fejn kellu jkun hemm waqfien mill-ġlied ġie sospiż wara li r-Russi ma żammewx ma’ dan il-ftehim.