Huma 600,000 l-Ukreni li sa issa diġa’ ħarbu lejn il-Polonja minħabba l-gwerra li għaddejja fil-Lvant tal-Ewropea. Dan hekk kif tela’ għal 1.5 miljuni t-total ta’ Ukreni li ħallew il-pajjiż fl-eqqel ta’ dan il-kunflitt.
L-awtoritajiet Ukreni qed jagħmlu minn kollox biex jevakwaw lin-nies mill-belt ta’ Mariupol.
Fl-istess waqt, is-servizzi sigrieti tal-pajjiż qed iwissu li l-mira li jmiss għall-attakki Russi se tkun il-belt ta’ Odessa.
Intant, anke l-imprenditur Elon Musk qed iwiegħed appoġġ għall-Gvern ta’ Kiev. Fil-fatt, f’komunikazzjoni li kellu mal-President Zelensky, Musk wiegħed li se jkompli jgħin lill-Ukrajna b’aktar terminals tal-internet sabiex il-pajjiż iżomm il-konnettività.
//= $special ?>