Sport Sport Ieħor

Alan Camilleri jirbaħ l-iSportMalta Charity Marathon

Alan Camilleri rebaħ l-iSportMalta Charity Marathon fejn għamel distanza ta’ 42.195 Kilometri f’ħin ta’ 2:33:18 sekonda. Min-naħa l-oħra Maragarete Cremona rebħet il-Maratona fil-kategorija tan-nisa fejn temmet id-distanza f’ħin ta’ 3:32:34 sekonda.

Andrew Grech temme fit-tieni post b’ħin ta’ 2:41:43 filwaqt li Clyde Sciberras temm fit-tielet post b’ħin ta’ 2:56:40. Cremona kienet segwita minn Olwyn Dunne fit-tieni post filwaqt li Sarah Nicols temmet fit-tielet post.

Fin-nofs Maratona kien Dillon Cassar li ħareġ rebbieħ b’ħin ta’ 1:05:17 sekonda segwit minn Luke Micallef fit-tieni post. Fil-kategorija tan-nisa kienet Roberta Schembri li rebħet in-nofs Maratona b’ħin ta’ 1:17:35 segwita minn Lisa Bezzina li daħlet fit-tieni post b’ħin ta’ 1:19:00.