“Bħala ċittadin, però kif ukoll raġel gay, jien ħerqan li nara Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech, li naf li jimpurtah iktar mill-persuna milli l-vot tal-persuna. Bernard Grech li jista’ joffri mera lill-poplu li jirrifletti il-ħolm u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk kollha li jridu Malta aktar ġusta u inklussiva.”
Kien dan li qal il-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista, Jamie Vella waqt il-mass rally fin-Naxxar fejn kompla jgħid li l-PN, bħalma dejjem kien mexa b’valuri li jirriflettu l-pajjiż iżda b’mod speċjali b’viżjoni għall-futur ta’ pajjiżna.
Jamie Vella qal li l-Partit Nazzjonalista verament jirrapreżenta lil kulħadd… Partit li dejjem kien xempju tal-ugwaljanza, is-solidarjetà u d-diversità għal pajjiżna.
Hu kompla li Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li kulħadd jirnexxi billi jinvesti f’kura għas-saħħa mentali aħjar, jintroduċi l-PREP u l-PEP b’xejn, u jinvesti f’GU Clinic adekwat, fost l-oħrajn.
Jamie Vella qal li pajjiżna għandu bżonn mexxej bħal Bernard Grech li kemm-il darba wera li kapaċi jmexxi lil pajjiżna b’għaqal u responsabbiltà.
//= $special ?>