“Il-PN hu partit ta’ rieda tajba, b’kuraġġ kbir, b’impenn lejn il-ġid komuni u dejjem b’determinazzjoni li naslu… naslu biex nagħtu d-direzzjoni għal pajjiżna għal futur aħjar.”
Kien dan li qal Claudio Grech waqt il-mass rally tal-PN fin-Naxxar… il-persuna li fasslet il-programm elettorali b’tant għaqal. Hu qal li pajjiżna għandu bżonn Gvern li jaġixxi meta d-dinja tkun għaddejja minn żmien diffiċli.
Claudio Grech qal li Bernard Grech hu politiku ta’ kuxjenza, politiku uman, politiku li jġib il-ħajja qabel il-voti.
Hu kompla jgħid li l-PN hu partit b’għan li jerġa’ jagħti tama lil pajjiżna u jbiddel ir-rotta li ddaħħlet fiha Malta. Fakkar li Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech jieħu t-talenti tal-poplu Malti u jħajjruhom biex jużawhom u jtejbuhom, u mhux jaħbuhom bħal Gvern attwali li qed iwassal lin-nies biex jikkarbu għall-pjaċiri biex jaslu fejn jixtiequ.
Claudio Grech appella biex wieħed jagħżel l-interess ta’ pajjiżna billi jagħti l-vot lill-Partit Nazzjonalista għaliex il-Partit hu l-unika mezz biex Malta tibqa’ miexja l-quddiem u jagħti l-ġid.