Matthias Mizzi
Sirens…….0
Floriana……….3
Sirens: J. Debono, H. Marcelino (62’ B. Gavrilla), M. Lomis (75’ A. Effiong), D. Albenese (62’ J. Walker), A. Borg, C. Zammit, A. Cini, C. Riascos, D. Jackson (80’ C. Flores), V. Vieira, R. Cardoso
Floriana: G. Kitanov, A. Magri, C. Rutjens, Z. Cassar, R. Hovsepyan (66’ M. Garcia), K. Reid (66’ E. Rebenja), A. Ciolacu (84’ M. Micallef), B. Paiber, A. Vella (66’ A. Garzia), E. Callegari, J. Busuttil (76’ K. Keqi)
Imwissija: 10’ Z. Cassar, 77’ E. Rebenja, 86’ C. Riascos
Skorjaw: 37’ K. Reid, 44’ A. Ciolacu, 57’ Andrei Ciolacu
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Duncan Sultan & James Muscat
Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace
BOV Plejer tal-Logħba: Andrei Ciolacu (FLR)
Tkompli t-taqtigħa fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta fit-Tony Bezzina Stadium Floriana għelbu lil Sirens u baqgħu b’punt vantaġġ fuq Hibernians. Sa qabel l-ewwel gowl ta’ Floriana, Sirens kienu l-aktar tim perikoluż lejn il-lasti iżda t-tim ta’ San Pawl il-Baħar sabha diffiċli f’kull ħin tal-partita biex isib il-gowl.
F’temp ta’ żewġ minuti, iż-żagħżugħ Carlo Zammit Lonardelli kien darbtejn perikoluż minn free-kick u daqqa ta’ ras rispettivament sakemm fit-37 minuta Floriana marru fil-vantaġġ wara li Ciolacu tefa’ lil Keimar Reid f’pożizzjoni tajba ta’ gowl u mingħajr diffikultà għaleb lil Debono b’xutt fil-baxx. Ħames minuti wara Sirens irrispondew b’xutt ta’ Carlos Riascos li madankollu Kitanov laqa’ mingħajr diffikultà. Minuta qabel il-mistrieħ Andrei Ciolacu b’eleganza rdoppja l-iskor wara pass preċiż ta’ Jan Busuttil.
Proprju fil-57 minuta Ciolacu għaqqad id-doppjetta personali meta minn free-kick ta’ Brandon Paiber faċilment tefa’ l-ballun f’last vojta wara konfużjoni fil-kaxxa ż-żgħira. Ftit wara s-siegħa logħob l-goalkeeper ta’ Floriana Kitanov wettaq save stupened meta xutt ta’ Carlos Riascos ddevja mad-difensur. Fl-aħħar minuti tal-partita Floriana kienu aktar kawti li ma jaqilgħux il-gowl tant li fil-85 minuta Kitanov wettaq save diffiċli minn mal-art wara xutt ta’ Zammit Lonardelli.
//= $special ?>