Futbol Sport

Gowl ta’ Olivier Giroud jagħti rebħa mportanti lil Milan fuq Napoli

It-28 gurnata tal-Kampjonat għalqet b’rebħa minima għal Milan li biha telgħu fl-ewwel post b’60 punt b’vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Inter u tliet fuq Napoli. Matul l-ewwel taqsima minkejja li Napoli kellhom aktar pussess, Milan b’xi mod żammew l-iskor intatt b’ Mike Maignan rari jkun impenjat. Fit-tmien minuta ammonit Stefano Pioli, kowċ ta’ Milan mir-referee Daniele Orsato. It-tieni taqsima fetħet b’Milan fuq l-offensiva tant li fid-49 minuta marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Davide Calabria, OLIVIER GIROUD għeleb lil David Ospina 1 – 0 għal dak li kellu jkun deċiżiv fil-partita prinċipali ta’ tmiem il-ġimgħa.

Rebħa minima għal Juventus kienet biżżejjed sabiex bil-15 ir-rebħa fil-Kampjonat issa telgħu fir-raba’ post b’53 punt fejn fetħu vantaġġ ta’ sitt punti fuq Atalanta u aktar minn qabel viċin il-grupp tal-ewwel tlieta. Fil-21 minuta ALVARO MORATA poġġa lil Juventus fil-vantaġġ wara li minn azzjoni ta’ Manuel Locatelli għeleb lil Ivan Provedel. Gowl li biħ intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.

SERIE A

Il-Ġimgħa: Inter v Salernitana 5-0: Is-Sibt: Udinese v Sampdoria 2-1, Roma v Atalanta 1-0, Cagliari v Lazio 0-3 Illum: Genoa v Empoli 0-0, Bologna v Torino 0-0, Fiorentina v Verona 1-1, Venezia v Sassuolo 1-4, Juventus v Spezia 1-0
Napoli v Milan 0-1