Id-Direttur Ġenerali tal-IAEA – l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika –jinsab imħasseb ferm dwar rapporti li s-sit nukleari ta’ Zaporizhzhia jinsab ‘taħt l-ordnijiet tal-kmandant tal-qawwiet Russi li ilhom l-aħħar jiem jikkontrollaw l-inħawi sensittivi’.
Rafael Grossi, qal, sadanittant, li s-sitwazzjoni f’dawk l-inħawi tal-Ukrajna tmur kontra l-kriterji ewlenin għas-sigurtà fil-qasam nukleari. Dan meta kollox għad jista’ iseħħ f’sit daqstant delikat ‘u meta l-partijiet interessanti qegħdin jiffaċċjaw kundizzjonijiet ta’ gwerra.’
L-Ukrajna qalet ukoll lill-IAEA li l-militar Russu fis-sit ‘tefa’’ xi networks għat-telefons ċellulari flimkien mal-Internet – bil-komunikazzjonijiet mas-sit ta’ Zaporizhzhia isiru ferm aktar diffiċli b’konsegwenza.
Dan waqt li r-regolatur nukleari fl-Ukrajna qed isib il-problemi kbar biex jikkuntattja lill-istaff ( ħaddiema Ukreni) fil-faċilità partikulari.
L-uniku xaqqa ta’ dawl fis-sitwazzjoni kien li r-regolatur Ukren seta’ jikkonferma li l-livelli ta’ radjazzjoni fl-impjant għadhom s’issa ‘normali’.
//= $special ?>

