Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: It-truppi tar-Russja ‘ma kenux imħejjija tajjeb għall-gwerra’

Is-sorsi tad-difiża f’Londra qed jgħidu li l-qawwiet Russi ma kenux imħejjija tajjeb għal din il-gwerra fl-Ukrajna. Fil-fatt, is-sorsi jemmnu li ‘ħafna mit-truppi ħasbu li kienu qed jissieħbu f’sempliċi eżerċizzji tal-gwerra u mhux fl-invażjoni tal-ġar’.

L-istess sorsi qalu li l-President Russu Vladimir Putin seta’ ħaseb li kellu ‘l-aqwa armata’ meta attenda għall-parati militari f’Moska, ‘iżda l-parati ma jurux il-vera kapaċitajiet militari tal-qawwiet, taħt kundizzjonijiet ta’ gwerra’

Il-Ministru Britanniku għall-Affarijiet Barranin, Ben Wallace, qal li t-truppi Russi spiċċaw ‘ittraduti minn Putin u Moska’ u li dawn, issa, ‘jinsabu f’post  (l-Ukrajna) fejn kapaċi jkomplu jmutu bl-eluf’.