Internazzjonali

IL-Gwerra tal-Ukrajna: L-offensiva qed tirranka fuq in-nofsinar…b’Odessa fil-mira

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, wissa li l-qawwiet tar-Russja qed iħejju bumbardamenti anki  fuq il-belt tal-port ta’ Odessa — fost tbassir li r-reġim ta’ Moska, b’din l-azzjoni, se jkun qed iwettaq ‘reat storiku’.

Dan fost sinjali li l-magna tal-gwerra Russa qed tikkonċentra aktar fuq iz-zoni Ukreni tan-nofsinar, bil-ħsieb li l-Ukrajna ma jkollhiex aċċess aktar għall-Baħar l-Iswed.

Fl-aħħar sigħat ukoll kien hemm ġlied intensiv bejn il-qawwiet Ukreni u s-suldati Russi lejn il-majjistral ta’ Kiev waqt li l-belt ta’ Irpin spiċċat attakkata mill-qawwiet tal-ajru u l-artillerija tar-Russi.

L-ibliet ta’ Kharkiv u Sumy – lejn il-lvant tal-Ukrajna – ukoll spiċċaw suġġetti għall-attakki tar-Russi, bil-Viċi-Prim Ministru Britanniku, Dominic Raab, itenni li dan il-konflitt kapaċi jdum għaddej għal xhur – jekk mhux is-snin.