Sport Sport Ieħor

Kontroversja fit-Tazza tad-Dinja tal-Ġinnastika Artistika

Kontroversja xejn mistennija fl-14 l-Edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Ginnastika Artistika li qed issir fl’Aspire Dome f’Doha fil-Qatar. Waqt il-premjazzjoni tal-midalji wara l-finali tal-parallel bars tal-irġiel mirbuħa minn Kovtum Illia tal-Ukrajna, Ivan Kuliak tar-Russja li rebaħ il-midalja tal-bronż tela fuq il-podju bil-flokk tal-kompetizzjoni li fuqu tiddomina l-ittra ‘ Z ‘ li hija s-simbolu li s-suldati Russi qed jużaw fuq it-tankijiet tal-gwerra fil-gwerra fuq l-Ukrajna. F’din it-Tazza tad-Dinja atleti mir-Russja u mill-Belarus mhux qed jikkompetu taħt il-bandiera ta’ pajjiżhom iżda bħala newtrali. Fit-tielet post fil-kompetizzjoni temm Karimi Milad tal-Kazakistan. L-att ta’ Ivan Kuliak ħoloq kontroversja fid-dinja tal-ġinnastika fejn bosta qed jistennew azzjoni mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-ġinnastika għall-Att li wettaq.