Is-surveys ippubblikati l-Ħadd u li ġeneralment jagħtu indikazzjoni ta’ dik li hi s-sitwazzjoni ta’ kif se jivvota l-elettorat fl-elezzjoi tas-26 ta’ Marzu qed jagħtu stampi ftit jew wisq different, madankollu jibqgħu jaqblu fuq il-fatt li l-astensjonijiet jafu jkunu l-aktar fattur determinanti tliet ġimgħat oħra.
Is-survey tal-Maltatoday jgħid li l-astensjonijiet l-aktar li qed jaffettwaw ħażin huwa lill-Partit Laburista.Filfatt, dawk li f’elezzjonijiet passati vvutaw Labour u li qed jgħidu li mhux se jivvutaw qed jiżdiedu.
Dan is-survey qed ipoġġi d-distakk bejn iż-żewġ partiti għal madwar 27,000.
Minn naħa l-oħra, dak ta’ Vincent Marmarà wera li l-gap bejn il-PL u l-PN naqas bi tliet elef vot minn dak ta’ ġimgħa ilu u issa qed juri differenza ta’ 38,000.
Persuni li tkellmu mal-mezzi tal-media fl-aħħar jiem u li fl-elezzjonijiet mgħoddija vvutaw Labour stqarrew illi jinsabu diżillużi ferm u qed jinsistu li l-vot se jħalluh fil-kexxun jew se jħassruh.
Rapport partikolari fuq il-Malta Independent jitkellem dwar għadd ta’ uffiċjali li mmilitaw għal għexieren ta’ snin fil-Partit Laburista u li huma determinati li din id-darba bħala sinjal ta’ protest ma jivvutawx.
‘L-arroganza li qed juri l-Partit Laburista hija kbira’, qal wieħed minn dawk li tkellmu ma’ din il-gazzetta. N’esewna. Qed jinjorawna. Qed jidolizzaw lil min għadu ġej u qatt ma għamel xejn għall-Partit… u qed iwarrbu lil min ta’ saħtu u ħadem snin twal għalih. Il-vot tieg’, qal dan l-uffiċjal tal-Labou, ‘se nqattgħu’.
U s-surveys tal-Ħadd qed jikkonfermaw propju dan il-fenomenu ta’ astensjonijiet.
//= $special ?>