Jumejn qabel il-Jum Internazzjonali tal-Mara… numru ta’ persuni nġabru l-Belt Valletta għal mixja favur ir-rispett u l-ugwaljanza bejn is-sessi.
Preżenti kien hemm numru ta’ għaqdiet, fosthom Moviment Graffitti, Young Progessive Beings, id-Doctors for Choice u l-Women’s Rights Foundation.
Fid-dawl tal-aħħar każi ta’ vjolenza li rajna fl-aħħar xhur, fosthom dawk ta’ Dembska u Rita Ellul, l-għajta ewlenija kienet dik kontra l-vjolenza fuq in-nisa.
Oħrajn saħqu li l-abort hu dritt tal-mara u l-ebda persuna oħra m’għandha d-dritt li tiddeċiedi l-mara x’għandha tagħmel b’ġisimha.
Waqt diskorsi li saru fi tmiem il-mixja, intqal li dan il-jum jiġi ċċelebrat biex ikunu imfakkra l-kisbiet li rnexxielha tikseb il-mara fost ħafna diffikultajiet… iżda għad hemm ħafna iżjed x’isir biex il-mara verament tilħaq l-ugwaljanza.