Il-Ħadd filgħodu ġie ċċelebrat Jum il-Mara permezz ta’ quddiesa fil-Knisja ta’ St. Patrick’s, f’Tas-Sliema, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa… biex ikun imfakkar dak kollu li għaddew minnu n-nisa biex waslu għal dak li kisbu sal-ġurnata tal-lum.
Għaċ-ċelebrazzjoni attendew il-President ta’ Malta, George Vella flimkien ma’ martu Miriam, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, AnneMarie Grech, u numru ta’ pulizija u suldati nisa, fost oħrajn.
Ta’ kull sena, fit-8 ta’ Marzu, id-dinja kollha tiċċelebra Jum il-Mara, il-jum iddedikat lin-nisa. Jum internazzjonali li ilu jiġi ċċelebrat aktar minn mitt sena.
Permezz ta’ dan il-jum, id-dinja tibqa’ tiftakar il-kisbiet li rnexxielha tikseb il-mara. Ghaliex biex illum il-ġurnata il-mara waslet fejn waslet, kellha tgħaddi minn ħafna diffiklutajiet.
Permezz ta dawn l-isfidi li gew megħluba, il-mara illum il-ġurnata għandha ħafna aktar drittijiet… fosthom id-dritt tal-ugwaljanza.