Chris Cassar
SAN GWANN ……………. 3
RABAT A. ………………..…. 1
San Gwann: C. Formosa, K. Bartolo, S. Grech, B. Hili, K. Zarb, N. Radojevic, S. Kuyper, J. Vella, A. Falzon, D. Mifsud, L. Floriano.
Rabat A: J.M. Vella, M. Borg, B. Micallef, L. Vella, A. Azzopardi, A.M. Bustos, K. Muscat, W. Borg, A. Smeir, S. Abela, M. Akingboye.
Referee: Philip Farrugia
San Gwann dawwru r-riżultat fit-tieni taqsima bi prestazzjoni tajba wara li l-kowċ Ramon Zammit wettaq tliet bidliet li ttrasformaw it-tim, fejn anki l-gowls waslu kollha mis-sostituti.
Rabat fallew penalty fl-ewwel taqsima fejn fallew milli jmorru żewġ gowls minn fuq u ta’ dan pattew ares fejn issa miraklu biss jista’ jsalvahom milli jkunu relegati.
Wara żewġ minuti San Gwann sfortunati meta Benjamin Hili daħal tajjeb u dar mal-goalkeeper iżda x-xutt tiegħu ħabat ma’ sieq il-lasta, biex tliet minuti wara kienu Rabat li fetħu l-iskor meta Akingboye daħal bis-saħħa fil-kaxxa u għeleb lil Formosa b’xutt fil-baxx.
San Gwann wettqu reazzjoni tajba iżda Rabat kienu ferm attenti u bdew ikunu perikolużi bil-kontrattakki. Fil-fat f’azzjoni minnhom fl-34 minuta Larens Vella daħal tajjeb fil-kaxxa iżda twaqqa’ minn Radojevic bir-referee jordna l-penalty iżda minn 11-il metru x-xutt tal-istess Larens Vella kien salvat minn Formiosa.
Fil-bidu tat-tieni taqsima ċans ieħor tajjeb għal Rabat iżda Aidan Azzopardi xeħet barra minn qagħda tajba.
Ta’ dawn iċ-ċansijiet ir-Rabtin pattew qares għaliex fis-56 minuta l-ballun deher jaħbat ma’ id Bustos u mill-11-il metru kien is-sostitut Ayrton Azzopardi li skorja b’xutt fil-baxx.
San Gwann issa bdew jilagħbu aħjar u xutt ta’ Emmanuel Mbong ħabat ma’ sieq il-lasta. Il-gowl kien viċin u wasal fit-72 minuta meta Mbong daħal tajjeb fil-kaxxa u għeleb lil Vella.
Bir-Rabtin żbilanċjati jfittxu l-gowl tad-draw San Gwann skorjaw it-tielet gowl fit-92 minuta b’azzjoni ta’ kontrattakk mitmuma minn Emmanuel Mbong li spara fix-xibka wara pass ta’ Sebastian Grech.
//= $special ?>