Internazzjonali

UKRAJNA: ikompli l-bumbardament tal-ibliet u l-eżodu tal-Ukreni

Numru ta’ splużjonijiet rgħedu l-Belt Ukrena ta Khakriv – it-tieni l-akbar belt tal-pajjiż – bil-media tikkonferma li Mariupol għadha mdawra mill-forzi Militari Russi.

Is-sindku tal-port Ukren qed jgħid li huwa impossibbli li jgħodd in-numru ta’ fatalitajiet taċ-ċivili f’Mariupol mill-bidu tal-aggressjoni Russa ‘l hawn.

Tentattivi biex jinfetaħ kuridur umanitarju għar-residenti Ukreni fallew. Minn Mariupol u Volnovakha biss sa issa ħarbu mal-200,000 persuna. B’kollox mal 1.5 miljun Ukren irnexxielhom jitilqu minn pajjiżhom sa mill-bidu tal-inkursjoni – bl-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tistma li sa Lulju dawn ikunu telgħu għal 4 miljuni.

Intant il-militar Ukren qed jgħid li waqqgħu mat-88 ajruplan u helikopter Russu u qabdu numru ta’ piloti. In-numru ta’ truppi Russi maqtula sa issa.. skont rapporti Ukreni… hu madwar 11,000.