Attakk partiġġjan wieħed wara l-ieħor, u narrattiva tal-passat.
Dan kien id-diskors tal-Mexxej tal-Labour Robert Abela fejn sa mill-bidu tad-diskors tiegħu fil-Padiljun ta’ Kordin beda jattakka lill-Partit Nazzjonalista mingħajr ma offra ebda proposta ġdida għall-pajiżna.
Abela insista li mis-26 ta’ Marzu – vot għalih se jkun ċertifikat għall-ewwel mandat tiegħu, minkejja li ilu sentejn fi tmun ta’ pajjiżna.
Matul id-diskors tiegħu mimli għajjat isteriku, Robert Abela prova jnessi l-maġġoranza ta’ din il-leġiżlatura fejn Joseph Muscat għamel 3 snin imexxi lill-partit Laburista.
Abela prattikamet rama lil predeċessur tiegħu daqslikikeu l-Gvern tal-Labour ġie elett sentejn ilu… bil-karba sabiex iduru miegħu.
Ta’ min wieħed jinnota li tal-Partit Laburista qed jagħmlu minn kollox sabiex l-attenzjoni tinxteħet totalment fuq Robert Abela, hekk kif, diversi analisti politiċi iddeskrivew lil Abela bħala mexxej dgħajjef. Apparti l-kriżi li għandu ta’ Joseph Muscat, l-attenzjoni fuq id-Deputat Prim Ministru ġiet evitata għal kollox.
Fit-tlett Mass Rallies li kellu l-Labour, id-Deputat Prim Ministru u kompetitur dirett ta’ Robert Abela, Chris Fearne, twarrab kompletament… fejn għad-differenza tad-Deputat Mexxej Daniel Micalllef, s’ssa id-Deputat Prim Ministru għadu ma inghatax spazju biex jindirizza lill-partitarji bid-diskors tiegħu .
Bosta saħqu li din hija turija ta’ dgħufija minn naħa ta’ Abela, hekk kif mhux talli qed iħossu insigur quddiem il-ġurnalisti li qed jevita daqs il-bard ta’ Jannar, iżda qed jibża mill-kompetizzjoni interna li qed jaffaċċja.
//= $special ?>