Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista aċċetta stedina li saritlu mill-Kunsill tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel sabiex iżur il-premises il-ġodda tal-MUMN f’Ħal Qormi.
Dan tħabbar mill-MUMN stess fejn ġie preċiżat li s’issa l-Mexxej tal-Labour, Robert Abela, għadu ma kkomunikax magħhom jekk hux se jaċċetta l-istedina jew le.
Bosta saħqu li din hija mossa oħra minn naħa ta’ Abela sabiex jaħrab mill-ġurnalisti hekk kif l-MUMN spjegat li stiednet ukoll lil Media kollha lokali sabiex tattendi għal dan l-avveniment it-Tlieta filgħodu fejn l-Union se tkun qed tiltaqa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Diversi esperti politiċi qed jinnotaw u jiddeskrivu l-aġir ta’ Robert Abela bħala sinjal qawwi ta’ dgħufija hekk kif matul il-kampanja elettorali qed jevita kemm jista’ jkun id-domandi tal-ġurnalisti, u jilgħab home kemm jista jkun.
//= $special ?>