Ikomplu joħorġu aktar reazzjonijiet pożittivi għall-proposti li qed iressaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-viżjoni politika li għandu għal pajjiżna.
Proposti li fil-qofol tagħhom hemm il-bniedem… il-familji, il-pensjonanti, il-ħaddiema, it-tfal, l-istudenti, iż-żgħażagħ, il-ħaddiema.
Fost l-iktar proposti li laqtu lin-nies hemm dawk li se jinċentivaw liż-żgħażagħ, fejn Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed iżid l-istipendji b’25% filwaqt li se joħloq għaxar setturi ekonomiċi ġodda li se jinċentivaw lin-negozji u joħolqu opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ.
Oħrajn kellhom kliem ta’ tifħir għal Bernard Grech li fil-vizjoni politika tiegħu ħaseb ukoll fil-pensjonanti, fejn Gvern ġdid Nazzjonalista qed iwieghed li jiżdiedu l-pensjonijiet.
B’oħrajn ifaħħru l-proposti li ħabbar l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li se jgħinu biex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin liberu.
//= $special ?>