Mara ta’ 80 sena hija l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Dan ġie mħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa t-Tnejn waranofsinhar permezz ta’ post imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook. Dan itella’ l-ammont ta’ imwiet għal 609.
Sadanittant, tħabbar ukoll li bejn il-Ħadd u t-Tnejn, pajjiżna rreġistra 72 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fl-istess perjodu fiequ 80 persuna.
B’hekk l-ammont ta’ każi attivi issa huwa 861.
L-ammont ta’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei huwa dak ta’ 42, bi tlieta minnhom qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>