Lokali

“Fittxu l-għajnuna jekk hemm bżonn”

Il-Kamra Maltijja tal-Psikoloġi, fi stqarrija ddikjarat li tinsab ferm inkwetata rigward il-kampanja militari Russa li bħalissa għaddejja fi ħdan l-Ukrajna, filwaqt li turi solidarjeta ma’ l-Ukreni kollha li jinsabu kemm f’pajjiżhom, kif ukoll barra minn xutuhom waqt din il-gwerra.

Sadanittant, il-Kamra Maltijja tal-Psikoloġi stqarret li din il-gwerra, bħall pandemija tal-Covid-19 tista tikkawża anzjeta fil-ħajja ta’ kulljum ta’ dawk iċ-ċittadini li qiegħdin jevalwaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.

Il-Kamra kompliet biex tgħid li huwa ferm importanti li dawk l-individwi li jħossu xi tip ta’ anzjeta għandhom, kemm jista’ jkun possibli, jippruvaw jiffukaw fuq l-affarijiet li jistaw jikkontrollaw.

Il-Kamra Malitijja tal-Psikoloġi ddikjarat li kull min qiegħed jħoss xi sens ta’ anzjeta għandhu jikkuntatja 179 lill-Aġenzija Appoġġ, 1770 lir-Richmond Foundation, jew inkella jżuru s-sit www.kellimni.com, biex jkellmu lil xiħadd fuq pjattaforma diġitali.

Tags