Il-Konsulent tal-President tal-Ukrajna Oleksiy Arestovych, iddikjaraw li t-Tnejn għal ħabta tas-1pm, l-armata Ukrena kisbet lura l-kontrol tal-villaġġ fl-inħawi ta’ Kharkiv.
Il-villaġġ bl-isem Chuchuiv ilu jiġi kkontestat bejn l-Ukrajna u r-Russja għal dawn it-12-il ġurnata mill-bidu ta’ din il-gwerra, b’diversi rapporti jirrapurtaw li l-ġlieda għal dan il-villaġġ kienet kiefra mmens.
Diversi esperti militari minn madwar id-dinja qiegħdin jkomplu jgħidu li l-invażjoni Russa ma kienitx preparata u kkoordinata kif suppost. Dan b’referenza wkoll għall-fatt li l-konvoj militari ta’ 64 kilometru issa ilu sitt ijiem imweħħel 30 kilometru l-bogħod minn Kiev.
Ħafna sorsi kemm mill-Ukrajna, kif ukoll mir-Russja qiegħdin ikomplu biex jgħidu li l-armata Russa mhux talli mhiex effettiva biex tieħu lill-Ukrajna imma talli qiegħda tfalli biex iżżomm kontrol fiż-żoni li diġa kisbet, b’referenza għal informazzjoni li ħarġet aktar kmieni llum rigward it-telfa ta’ villaġġ u ajruport mill-armata Russa.
L-armata Ukrena temmet id-dikjarazzjoni tagħha billi tgħid li l-armata Russa llum mhux talli tilfet villaġġ, ajruport u vapur, iżda tilfet ukoll żewġ kmandanti.
Minħabba l-lista twila ta’ fallimenti militari min-naħa tal-armata Russa, l-Gvern Russu issa qiegħed jiddikjara gwerra fuq iċ-ċittadini Ukreni, b’żieda totali fl-ammont ta’ bumbardamenti fuq l-ibliet, bl-għan li jiddemoraliżża lill-poplu Ukren u jisfurzah biex jċedi.
Infatti r-Red Cross ħarġet stqarrija li l-armata Russa issa qiegħda tkompli tikser il-Geneva Convention billi tpoġġi sensiela ta’ mini ħdejn il-belt ta’ Mariupol.
//= $special ?>