Aktar kmieni llum, waranofsinhar il-Gvern Russu approva lista ta’ pajjiżi li hu jara bħala ostili kemm lejn ir-Russja, kif ukoll iċ-ċittadini u l-kumpanijji Russi.
Milli jidher fuq din il-lista hemm kull pajjiż li ħa xi tip ta’ azzjoni ekonomika kontra r-Russja, jew inkella tkellem kontra l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.
Dawn jinkludu pajjiżi bħal-Istati Uniti, l-Kanada, r-Renju Unit, l-Ukrajna, l-Isvittzera, l-Ġappun, il-Korea ta’ Isfel u l-Unjoni Ewropea kollha.
//= $special ?>