Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet Ukreni fil-periferiji tal-kapitali u aktar ‘il ġewwa kienu qed iħejju aktar fronti għal reżistenza. Dan meta l-battalja ‘finali’ għal Kiev – li qed tidher imminenti — mistennija tkun deċiżiva għall-futur tal-Ukrajna.
Fil-fatt, il-gwerra qed tasal eqreb tal-kapitali, fost rapporti li talanqas erba’ ċivili, inkluża omm u żewġt itfal, sfaw maqtula minn balal tal-mortars waqt li għexieren ta’ residenti kienu qed jaħarbu minn Irpin, viċin ta’ Kiev. Mhux eskluż, intant, li l-ammont ta’ ċivili maqtula fil-bumbardament partikulari jista’ ikun ferm akbar.
Ir-Russja tiċħad li qed tikkonċentra l-gwerra ‘fuq ċivili’, iżda numru ta’ tobba u paramediċi Ukreni qegħdin jgħidu mod ieħor.
Fil-fatt, it-tobba fil-belt ta’ Chernihiv qalu li talanqas żewġ sptarijiet fil-belt spiċċaw ibbumbardjati fost il-kummenti li ‘ir-Russi ma jimportahomx minn fejn qegħdin jolqtu’.
//= $special ?>

