Il-kriżi umanitarja f’Mariupol qed issir aktar akuta wara li fallew żewġ ftehim għall-waqfien mill-ġlied bil-għan li n-nies joħorġu mill-inħawi.
Dan meta r-Russi persistew bil-bumbardamenti fuq Mariupol u l-madwar minkejja tamiet li r-residenti setgħu jistrieħu xi ftit mill-assedju.
Intant, ir-residenti f’din il-belt resqin lejn sitwazzjoni jerġa’ aktar katastrofika, b’Mariupol għadha nieqsa mill-ikel u l-affarijiet essenzjali bħad-dawl u l-ilma.
L-offensiva mill-qawwiet tal-President Russu, Vladimir Putin, qed tkompli wkoll fuq iz-zoni residenzjali ta’ bliet oħrajn – bl-awtoritajiet fi Kiev qegħdin iwissu dwar ‘assalt totali mir-Russi fuq il-belt’.
Dan waqt li konvoj kbir ta’ tankijiet u vetturi armati tar-Russi qed jidher li miexi mill-ġdid, u bil-mod, fid-direzzjoni ta’ Kiev wara li kien ilu wieqaf għal jiem, fost problemi ta’ loġistika.
//= $special ?>

