Futbol Sport

Il-Premier League se jħassar id-drittijiet tat-televiżjoni għar-Russi

Il-Premier League se jkun qed jħassar il-ftehim għad-drittijiet tat-televiżjoni Russi wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Il-ftehim ta’ aktar minn £6 miljun fis-sena se jkun itterminat tliet xhur qabel it-tmiem tiegħu, bil-ftehim mistenni jitħassar fl-24 siegħa li ġejjin. Diversi kumpaniji kummerċjali rtiraw il-prodotti tagħhom mis-suq Russu wara l-gwerra fl-Ukrajna, bil-Premier League se jkun qed jħassar il-ftehim wara li filmati li ntwerew fi tmiem il-ġimgħa jaslu f’Moskow. Magħhom se jingħaqdu wkoll l-EFL kif ukoll l-FA Ingliża, li se jirtiraw il-ftehim tagħhom mar-Russi.