Is-sanzjonjonijiet fuq ir-Russja jkomplu jħallu impatt negattiv kbir fuq l-ekonomija Russa, b’diversi sorsi jirrimarkaw li l-Gvern ta’ Putin issa qiegħed jiffaċċja r-raba’ kriżi ekonomika f’temp ta’ 25 sena.
Madankollu, din id-darba l-kriżi finanzjaraja fir-Russja hija differenti, minħabba l-fatt li din hija l-aktar darba fejn il-valur tar-Rubli Russa naqset b’ammont daqshekk sostanzjali.
L-ewwel kriżi finanzjarja għar-Russja ġiet fl-1998 meta l-Gvern Russu kien iddikjara li ma’ kienx se jkun kapaċi jħallas lura d-djun li kien akkumulat, b’din id-dikjarazzjoni tniżżel il-valur tar-Rubli Russa b’madwar 70%.It-Tieni kriżi finanzjara ġiet għaxar snin wara fl-2008, meta waqt il-kriżi finanzjarja dinija, l-Gvern Russa iddikjara invażjoni fuq Georgia. Sitt snin wara, fl-2014, il-Gvern Russu ffaċja t-tielet kriżi finanzjarja bl-annessjoni tal-Krimea.
Diversi ekonomisti stqarru li s’sissa l-valur tar-Rubli Russa niżlet bi 33% tal-prezz normali tagħha f’temp ta’ gimgħa u nofs li huwa rekord għall-ekonmija Russa. Dan il-livell mhuwiex gravi daqs dak tal-1998, madankollu diversi ekonomisti qablu li minħabba s-sanzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Punent fuq ir-Russja, jista jkun hemm ċans li l-Gvern Russua jerġa ma’ jkunx kapaċi jħallas id-djun li għandu, bil-valur tar-Rubli Russa terġa tieħdu daqqa kbira oħra l-isfel minħabba din id-dikjarazzjoni.
Madankollu, jidher li minkejja n-nuqqas kbir fil-valur tar-Rubli Russa, jidher li hemm xaqq ta’ tama għall-ekonomija Russa, minħabba l-fatt li minkejja diversi gvernijiet tal-Punent qiegħdin jieqfu jixtru ż-żejt u l-gass minn kumpaniji Russi, kumpanijji kbar tal-Punent xorta qiegħdin jitħallew jixtru u jimpurtaw dawn ir-riżorsi mir-Russja.
Sadanittant, diversi ekonomisti stqarru li din is-sitwazzjoni tista tinbidel f’każ li l-pajjiżi tal-Punent jsibu alternattivi orħos għall-importazzjoni tal-enerġija minn pajjiżi terzi.
//= $special ?>