Għall-Partit Nazzjonalista s-settur ta’ Min iħaddem huwa indispensabbli għaliex huwa l-mutur tal-ekonomija ta’ pajjiżna.
F’laqgħat mal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li huwa jemmen f’soċjetà fejn l-ekonomija trid tkompli tikber però huwa importanti wkoll li s-soċjetà timxi ‘l quddiem. Tmexxija li tibni wkoll fuq il-fibra soċjali u l-impennt li kulħadd għandu lejn pajjiżna. Kien għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta programm elettorali b’aktar minn 500 proposti li jġarsu wkoll l-obbligi li kull wieħed u waħkda minna għandna.
Bernard Gresch saħaq li l-principji ESG li qed jipproponi l-Partit Nazzjoanlista huma indirizzati sabiex kulħadd iħares l-obbligi tiegħu. Sostna li l-proposta tal-iskema tal-apprentistat se tkun qed tgħin lil kull ħaddiem biex jimxi ‘l quddiem.
Il-President tal-MEA Joanne Bondin ippreżentat ‘il fuq minn 170 proposta intenzjonati li jgħinu kemm lil min iħaddem kif ukoll lill-ħaddiema. Dan sabiex it-tnejn li huma jagħtu l-aħjar lis-soċjeta Maltija. Sostniet li l-programm elettorali li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista huwa pass fid-direzzjoni t-tajba miftuħ għal iktar diskussjoni.
Preżenti għal din il-laqgħa flimkien mal-Kap Bernard Grech kien hemm il-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Ivan Casatillo.
//= $special ?>