Wara jiem sħaħ ikaxkar saqajh, illejla Robert Abela spiċċa ammetta li bħalissa għadu “qed iħażżes” il-wegħdiet tal-Labour għall-Manifest Elettorali. Dan meta ninsabu anqas minn tliet ġimgħat bogħod minn elezzjoni ġenerali.
Waqt laqgħa politika f’Marsaxlokk, il-Mexxej Laburista inqabad kif il-partit tiegħu ma kienx preparat għall-elezzjoni – propju għaliex kellu jsejjaħ elezzjoni malajr minħabba l-istejjer li kienu (u għadhom) qed joħorġu fuqhom.
L-inkompetenza ta’ Robert Abela spikkat meta quddiem il-poplu Xlukkajr, stqarr li hu għadu “qed iħażżes” il-wegħdiet għas-sajjieda ta’ pajjiżna. “Ħażżisthom qabel ġejt”, stqarr Robert Abela.
F’din l-istess attività spikka l-isteriżmu mill-kandidati tal-Labour, inkluż b’għajjat biex il-partitarji jiġġieldu għal tkaxkira.
//= $special ?>