Aktar kmieni dagħlodu fuq Twitter, l-armata Ukrena żvelat l-istat tal-gwerra li bħalissa għddejja fi ħdan pajjiżhom.
L-armata Ukrena ddikjarat li s’issa s-7 ta’ Marzu 2022, l-armata Russa tilfet –
- 46 ħelikopter jew ajruplan Russu
- 7 UAVs jew taħmir għad-difiża tal-ajru Russa
- 290-il tank tal-gwerra Russu
- 117-il artillerija Russa
- 50 rocket launchers
- 454 mezz ta’ trasport
- 60-il kontejner taż-żejt
- 3 speed boats jew vapuri
L-armata Ukrena kompliet biex tgħid li l-armata Russa mhux talli tilfet dan it-tagħmirmilitari, iżda tilfet ukoll madwar 11,000 suldat Russu f’din il-gwerra li bħalissa qiegħda fit-12-il ġurnata tagħha. Dan filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet ġie rrapurtatat li mietu żewġ ġenerali li kienu qiegħdin jikkmandaw l-armata Russa.
Rapporti oħra qiegħdin jgħidu wkoll li l-armata Ukrena issa kibret b’16,000 suldat ieħor li ġew minn madwar id-dinja biex jissieħbu mal-armata Ukrena.
L-armata u l-gvern Russu madankollu, ma kkonfermawx jew kkumentaw rigward din l-istqarrija.
//= $special ?>