It-tennista Ukrena Dayana Yastremska kienet megħluba fil-finali tal-Open ta’ Lyon minn Zhang Shuai. Yastremska ħarbet minn pajjiżha ġimgħa ilu wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. It-tennista ta’ 21 sena waslet f’Lyon nhar is-Sibt li għadda fejn kienet megħluba miċ-Ċiniża 3-6 6-3 6-4. Qabel il-partita Yastremska qalet li se tagħti l-flus li rebħet, £12,000 għall-għajnuna fl-Ukrajna. Fil-kummenti tagħha wara l-logħba l-Ukrena ndirizzat lin-nies fl-istadium, fejn għaddiet messaġġ ta’ tama liċ-ċittadini Ukreni kollha.
//= $special ?>L-Ukrena Dayana Yastremska megħluba fil-finali tal-Open ta’ Lyon
7 ta' Marzu 2022