Lokali

Marì tagħlaq 110 snin – l-aktar mara anzjana f’Malta

Maria Farrugia, illum għalqet 110 snin. Marì hija l-aktar mara anzjana f’pajjiżna. F’intervista li kienet saret minn Net News fl-2018, Maria kienet qaltilna li twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1912 fil-Ħamrun, u tista’ tgħid ilha tgħix f’din il-lokalità għomra kollu.

Qaltilna li laħqet iż-żewġ gwerrer iżda l-ewwel waħda ma tiftakar xejn, iżda mit-tieni gwerra Marì għandha tifkiriet xejn sbieħ. Hija fit-Tieni Gwerra Dinjija tilfet ‘il ħuha, u għalhekk dak iż-żmien tarah aktar aktar u aktar bħala żmien iswed.

Marì għexet kemm tul l-influwenza Spanjola u kif ukoll l-Covid-19.

Ara l-intervista kollha li kienet saret ma’ Maria Farrugia, hawnhekk.