Il-FIFA ħabbret arranġamenti speċjali fir-reġistrazzjonjiet ta’ players ma’ clubs fl-Ukrajna u r-Russja. Players barranin li għandhom kuntratti f’dawn il-pajjiżi jistgħu jissospendu l-kuntratti tagħhom u jħallu l-pajjiż, fl-isfond tal-gwerra fil-Lvant. Fl-istqarrija tagħha l-FIFA qalet li players u coaches barranin f’dawn il-pajjiżi jistgħu jissospendu l-kuntratt sa tmiem l-istaġun, sat-30 ta’ Ġunju tal-2022.
B’hekk il-players u l-coaches ikunu jistgħu jiċċaqalqu ma’ club ieħor b’xejn, la darba jkun ntemm il-kuntratt f’Ġunju. Intant, il-Federazzjoni tal-Futbol Russa qalet li se tkun qed tieħu lil FIFA u l-UEFA quddiem il-Qorti Arbitrali tal-Isport wara li l-ġimgħa l-oħra t-timijiet nazzjonali Russi ġew sospiżi mill-kompetizzjonijet internazzjonali tal-futbol.
//= $special ?>