Raġel ta’ 38 sena jsofri ġrieħi gravi wara li tilef l-kontrol ta’ e-kick scooter u ħabat ma’ ħajt fi Triq is-Sitta u Għoxrin ta’ Marzu, 1972, fil-Fgura.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ għal-ħabta ta’ 11.45pm fejn irrispondiet għal dan il-każ ma’ tim mediku li ta’ l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed jsofri ġrieħi gravi.
Bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>